Bħalissa għadu għaddej xogħol intensiv fuq ġewwa tal-iSkola tal-Arti Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, Qed jiġu nstallati il-bżonnijiet u l-faċilitajiet bażiċi, li jinkuldu s-sistemi tad-dawl u tal-ilma, l-aperturi, u aktar. Ix-xogħol ta’ restawr fuq il-faċċata ta’ din l-iskola, issa jinsab fi stadju avvanzat, u bħalissa qed jitpoġġa ġebel ġdid minflok dak li kellu ħafna ħsara u kien tneħħa. Il-proċess ta’ restawr jinkludi wkoll ir-rinovazzjoni ta’ 4 gallariji. Komplu segwu din il-paġna għal aktar aġġornament dwar dan fil-futur qrib.