Il-Kunsill Skolastiku huwa parti essenzjali fil-proċess demokratiku tal-Iskola. L-irwol tiegħu mhuwiex limitat biss għal skopijiet ta’ ġbir ta’ fondi jew attivitajiet simili. Il-Kunsill Skolastiku huwa kommess li:
Bħala parti mill-Internal Quality Assurance approvata mill-NCFHE, il-Kunsilli Skolastiċi fl-iskejjel li jiffurmaw parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli jiġu ffurmati minn
Il-ħidma eċċellenti tal-membri li ħadmu fil-Kunsilli preċedenti ħalliet riżultati pożittivi fl-iskola tagħna. Għalhekk, inħeġġukom bħala Ġenitur/Kustodja ta’ Studenti (taħt is-16-il sena) li jattendu l-Iskola ta’ l-Arti, sabiex tpoġġu in-nomina tagħkom u sabiex tipparteċipaw f’dawn l-elezzjonijiet.
In-nominazzjonijiet iridu jintbagħtu permezz ta’ emejl lil mavc.schoolofart@ilearn.edu.mt sa mhux aktar tard miill-Ġimgħa 29 ta’ Jannar fis- 1:00pm.
In-Nominazzjonijiet kollha għandhom jindikaw isem il-kandidat u is-suġġett ta l- emejl għandu jkun: ‘School Council Elections Parents/Guardians’ jew ‘School Council Elections 16+’ skond jekk inti genitur ta’ student jew student fl-iskola.
Ġenitur/kustodja li jkun ukoll student ġewwa l-Iskola ta’ l-Art, jista’ jiġi nominat bħala rappreżentant f’ kull kategorija. Madanakollu jekk jiġi elett għaż-żewġ kategoriji, irid jagħżel waħda minnhom.
Jekk ikun hemm iktar min zewġ nominazzjonijiet, L-elezzjonijiet għal Ġenitur/Kustodja ta’ Studenti (taħt is-16-il sena) se jsiru onlajn bejn it-Tnejn 8 ta’ Frar u il-Gimgha 12 ta’ Frar. Kull student ikun intitulat għall-vot wieħed. Sejrin tirċievu aktar informazzjoni dwra il-votazzjoni fuq l-indirizz elettroniku tal-istudenti, wara li jkun ingħalaq il-proċess tan-nominazzjonijiet.
Il-Parteċipazzjoni Tagħkom Tiswa!