Il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli jipposponi iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni. Il-Gradwati tal-MQF Livell 5 se jirċievu iċ-ċertifikat permezz tat-teknoloġija Blockchain

In-netwerk ta’ skejjel speċjalizzati tal-Arti, tal-Mużika, tad-Drama & d-Danza – fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli ippospona iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni miż-żmien tradizzjonali tagħha sa mit-twaqqif tiegħu, f’nofs Novembru, għas-sena skolastika li jmiss.

L-Iskejjel ikkonsultaw mal-istudenti li kienu se jiggradwaw matul dis-sena akkademika 2020 u offrewlhom żewġ possibilitajiet – jew li niċċelebraw il-gradwazzjoni skont il-linji gwida mogħtijin mill-awtoritajiet tas- saħħa pubblika, li kien ifisser li l-familjari u l-ħbieb ma kienx se jkun possibbli li jattendu għaċ-ċerimonja nnifisha jew li jingħaqdu mal-gradwati li jiggradwaw is-sena d-dieħla. Dan minħabba is-sitwazzjoni tal-COVID- 19 li għaddejjin minnha bħalissa. Il-biċċa l-kbira tal-istudenti għażlu din it-tieni possibilta`.

Għalkemm iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni se ssir is-sena d-dieħla, dawk l-istudenti li kisbu diploma f’livell għoli (MQF Livell 5) fis-suġġett rispettiv li fih speċjalizzaw matul din is-sena, xorta waħda sejrin jirċievu ċertifikat permezz tal-Blockchain, grazzi għall-infrastruttura li l-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli jħaddan, li jippermetti li l- istudenti ikunu jistgħu jaċċessaw dan iċ-ċertifikat onlajn b’mod tassew faċli permezz tal-mezzi tat-teknoloġija tagħhom. Iċ-ċertifikati Blockchain se jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin u kemm il-blockcert kif ukoll iċ-ċertifikat stampat se jkun ittimbrat bid-data inizjali tal-20 ta’ November, 2020.

Search

Pages


Follow us on: