har il-Ħamis 27 ta’ Frar 2020, il-Prinċipal tal-Kulleġġ Victor Galea laqa’ lill-Ministru tal-Edukazzjoni l-ġdid, l-Onorevoli Dr. Owen Bonnici u lis-Segretarju Permanenti fi ħdan l-istess ministeru, Dr Francis Fabri, fl-uffiċċini priċipali tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli ġewwa l-Ħamrun. Il-Ministru ġie mdawwar mad-diversi klassijiet tal-Arti, tad-Drama, tad-Dancza u tal-Mużika.
Minbarra li ltaqa’ mal-Kapijiet rispettivi tal-iskejjel huwa ltaqa’ wkoll ma’ numru sabiħ ta’ studententużjasta u motivati u mal-għalliema dedikati tagħhom waqt li kienu għaddejjin bil-lezzjonijiet tagħhom. Il-ministru esprima is-sodisfazzjon tiegħu li kien qed jara numru hekk sabiħ ta’ studenti mseħbin f’dan il-Kulleġġ u li l-istudenti jistgħu jiksbu kwalifiċi u għarfien li jservi għad-dinja tax-xogħol minn dawn l-iskejjel, filwaqt li qegħdin isegwu l-istudji tagħhom b’ħafna dixxiplina fuqhom infushom, motivazzjoni u attenzjoni.
3,500 student li l-eta` tagħhom tvarja minn 6 snin ’l fuq jattendu fl-iskejjel ta’ arti viżwali u performattiva mifruxin f’Malta u Għawdex u li jiffurmaw parti minn netwerk ta’ skejjel speċjalizzati fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli.