Informazzjoni dwar assessjar/ eżamijiet fl-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (MAVC)

Wara li kien tħabbar li l-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex ser jibqgħu magħluqin sal-aħħar tas-sena skolastika 2019/2020 kawża tal-pandemija tal-Covid-19, nitolbukom tieħdu nota tal-linji gwidi li ġejjin u li se jibqgħu japplikaw  biss għal din is-sena skolastika sakemm ma jkunx hemm aktar notifiki mill-Awtoritajiet tas-Saħħa f’Malta.


SKOLA TAL-ARTI F’MALTA MAVC

  1. Kunu ċerti li kull student ikollu email uniku (bħalma hu l-gmail) u ibagħtu d-dettalji lill-amministrazzjoni tal-iskola kif meħtieġ. Dan se jintuża fuq il-MySchool biex l-għalliema tagħna ikunu jistgħu jikkomunikaw b’ħeffa mal-istudenti tagħhom.
  2. Kunu ċerti li l-email ta’ kuraturi ikun korrett.
  3. Kunu ċerti li n-numru tal-mobile mogħti lill-iskola hu korrett.
  4. Iċċekkjaw l-emails u l-sms regolarment u wieġbu kif meħtieġ.

Dawk minnkom li jixtiequ jiċċaraw aktar, jistgħu jagħmlu kuntatt mal-iskola rispettiva jew permezz ta’ e-mail kif ġej:


MAVC, Skola tal-Arti f’Malta: 2598 3782,
mavc.schoolofart@ilear.edu.mt


Grazzi tal-koperazzjoni u tal-fehim tagħkom.
Nawguralkom kull ġid u oqogħdu ġewwa fis-sigur.

Victor Galea
Kap tan-Network tal-Kulleġġ
Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

Search

Pages


Follow us on: