Maqfulin id-Dar? Segwuna!

F’dan iż-żmien li fih l-iskejjel huma magħluqin, l-iSkola tal-Arti f’Malta qegħda tkompli żżomm kuntatt mal-istudenti u tipprovdi lezzjonijiet kif ukoll feedback permezz ta’ remote learning. Barra min dan l-iskola se tibqa’ titfa’ riżorsi online fuq il-Facebook page li jistgħu jintużaw minn dawk kollha li jħobbu l-arti u l-kreattivita` artistika, waqt li qegħdin id-dar f’dan iż-żmien diffiċli. Agħfas fuq din il-link biex taċċessa il-facebook page tagħna: https://www.facebook.com/maltaschoolofarts/

Qegħdin nitolbu wkoll lil dawk li jsegwuna  biex jibagħtu ritratti jew jitteggjaw l-iskola b’posts u stejjer, billi tużaw ;#soamalta, biex aħna nkunu nistgħu naqsmu l-ġmiel tal-arti u l-kreattiva`!

L-amministrazzjoni tal-iSkola tal-Arti f’Malta, tawguralkom is-saħħa f’dawn iż-żminijiet partikolari, filwaqt li tinkorraġikom biex żżommu ruħkom attivi, kreattivi u riflettivi fil-proċess artistiku tagħkom.

Search

Pages


Follow us on: