Fit-12 ta’ Marzu 2020, madwar 30 student flimkien mal-għalliema tagħhom mill-iSkola tal-Arti, Malta, fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli College, ħadu sehem f’werkxop tal-arti ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, Huma kellhom opportunita` kbira li jagħmlu skeċċis u jpinġu f’sit daqshekk storiku.
Il-Palazz, apparti mill-kollezzjoni folkloristika tiegħu, hu mżejjen b’diversi karatteristiċi arkitettoniċi li pprovdew lill-istudenti ħafna eżempji artistiċi fuqhiex jistgħu jaħdmu. Heritage Malta li jieħdu ħsieb iż-żamma ta’ dan is-sit ma pprovditx biss il-lokal imma offriet ukoll l-opportunita` lill-parteċipanti li jżuru dan il-Palazz Storiku.