Żjara fil-Forti Sant Iermu– Skeċċjar u Tpinġija

Fit-3 ta’ of Marzu 2020, Heritage Malta laqgħet grupp ta’ studenti mill-iSkola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vasssalli, ġewwa l-Forti Sant Iermu fejn dawn setgħu jieħdu sehem f’sezzjoni prattika flimkien mal-għalliema tagħhom. Grupp ta’ 30 student ħadu sehem f’dan il-werkxop. Wara li l-istudenti ttieħdu dawra madwar il-forti u l-Mużew tal-Istorja Militari sabiex jorjentaw ruħhom, l-istudenti ltaqgħu mal-istaff ta’ Heritage Malta li ddiskutew magħhom kif jinżamm dan is-sit u dwar l-importanza storika tiegħu.



Wara dan, l-għalliema tagħhom spjegaw sew lill-istudenti kif għandhom ifittxu b’angoli differenti sabiex ipinġu biċċiet tal-arti li hemm f’dan il-mużew u postijiet varji minn fejn setgħu jpinġu l-veduti. L-għan ta’ dan il-werkxop kien li l-istudenti jingħataw l-opportunita` li b’mod informali jiksbu tekniċi ta’ tpinġija meta jkun fuq il-post.

Search

Pages


Follow us on: