Numru ta’ studenti magħżulin mill-iSkola tal-Arti f’Malta, li jattendu l-lezzjonijiet ta’ filgħodu fit-tpinġija u l-pittura, żaru l-wirja retrospettiva tal-istudenta li ħarġet mill-ex Skola tal-Mużika, Celia Borg Cardona. Il-wirja ttellgħet fil-Gran Salon tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija li kienet miftuħa għall-pubbliku fix-xhur ta’ Frar u Marzu. Fil-wirja kien hemm 29 biċċa ta’ arti li nħadmu bejn is-sena 2002 sad-data ta’ llum. L-istudenti kellhom il-ħin jesploraw il-kif il-xogħolijiet vigorużi u espressivi bil-pinzell tal-artista u l-lat partikolari u l-użu tal-perspettiva, joħolqu burdata speċifika u intensa fil-pitturi tagħha.